Manchester United, Manchester City u Chelsea kollha naqqsu l-interess tagħhom fil-midfielder ta’ West Ham United, Declan Rice.
Il-player ta’ 23 sena hu maħsub li rrifjuta numru ta’ offerti ta’ kuntratt mill-club immexxi minn David Moyes, għalkemm għadu fuq il-kotba fil-London Stadium sal-2024 bl-għażla li jiffirma għal sena oħra.
Moyes dejjem insista li Rice mhux għall-bejgħ, u l-partijiet interessati suppost ikollhom iħallsu s-somma ta’ £150m biex jippremjawh ‘il bogħod mis-semi-finalisti tal-Europa League.
Minħabba f’hekk, huwa mifhum li Manchester United, Manchester City u Chelsea kollha ħadu pass lura, bit-tliet clubs mhux lesti li jgħawġu t-talbiet ta’ West Ham.
Jidher li West Ham qed ‘jieħdu influwenza’ mill-mod kif Tottenham Hotspur trattaw ix-xewqa ta’ Harry Kane li jitlaq is-sena l-oħra, iżda x’aktarx se jkunu sfurzati li jbiegħu lil Rice matul is-sajf li ġej jekk huwa xorta waħda jirrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid mal-Hammers.
Rice skorja ħames goals u pprovda erba’ assists f’44 dehra dan l-istaġun għal West Ham, li llum il-Ħamis filgħaxija jiltaqgħu ma’ Eintracht Frankfurt fl-ewwel leg tas-semi-finali tal-Europa League.