Thursday, April 17, 2025

Man Utd imsemmija għal Patrik Schick

Aqra wkoll

Manchester United bdew taħditiet ma’ Bayer Leverkusen dwar it-trasferiment possibbli tal-attakkant internazzjonali Ċek Patrik Schick.

L-attakkant ta’ 29 sena hu maħsub li hu disponibbli għal madwar €30 miljun, ċifra li United jistgħu jqisu hekk kif qed ifittxu rinforzi fl-attakk speċjalment meta matul dan l-istaġun l-iskorers mhux tant prolifiċi tagħhom ma tantx qdewhom bl-aqwa mod. Schick gawda minn staġun fejn spikka fil-Bundesliga u fejn sab ix-xibka 17-il darba f’26 dehra. Il-forma tiegħu mhux biss impressjonat lid-diriġenti Ingliżi iżda ġibdet ukoll interess minn klabbs oħra, inklużi dawk fil-Sawdi Pro League.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport