Manchester United ikkuntattjaw lit-tim Spanjol ta’ Getafe fejn għarrfuhom li jekk iridu jakkwistaw is-servizzi ta’ Mason Greenwood għal kollox iridu jħallsu s-somma ta’ €40 miljun għalih.
Greenwood jinsab b’self mat-tim Spanjol u jinsab ferm għal qalbu wara l-problemi legali li kellu meta ġie akkużat li stupra tfajla.
Getafe għadhom qed jikkunsidraw x’għandhom jagħmlu u mistennija jiddeċiedu lejn l-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Sadanittant peress li Greenwood m’għandux futur ma’ Manchester United, hemm ukoll Barcelona u Atletico Madrid li jinsabu interessati li jakkwistawh f’Ġunju li ġej.