Wednesday, July 24, 2024

Ole Gunnar Solskjaer kowċ ta’ Bayern Munich?

Aqra wkoll

Il-gazzetti Ġermaniżi lbieraħ ġabu bi prominenza l-aħbar li l-ogħla awtoritajiet ta’ Bayern Munich qed jikkunsidraw li jilħqu ftehim man-Norveiġiż Ole Gunnar Solskjaer sabiex ikun il-kowċ il-ġdid tagħhom.

Solskjaer, li għandu 50 sena, ilu nieqes mix-xena tal-kowċing sa minn Novembru 2021 meta kien imneħħi minn kowċ ta’ Manchester United.

Bosta partitarji ta’ Bayern Munich ma tantx jiftakru lil Solskjaer bl-aqwa mod possibbli hekk kif fl-1999 meta kien jilgħab ma’ Manchester United kien skorja l-gowl rebbieħ fil-finali tal-UEFA Champions League ta’ dik is-sena.

S’issa d-diriġenza ta’ Bayern Munich beħsiebha żżomm lil Tuchel sabiex ma tħarbatx l-istaġun tagħha f’din il-fażi daqshekk delikata.

Ekonomija

Sport