Manchester United u Bayern Munich qed jiġu mxekkla biex fil-ġimgħat li ġejjin jagħmlu pass għall-attakkant ta’ Napoli, Victor Osimhen, b’rata ta’ £85 miljun.
B’dubji kontinwi dwar il-futur ta’ Cristiano Ronaldo u Robert Lewandowski rispettivament, iż-żewġ clubs mistennija jkunu fis-suq għal numru 9 ġdid. U, skond il-media Taljana jistgħu jwasslu għal offerti għall-internazzjonali tan-Niġerja.
Ir-rapport jgħid li l-coach ta’ Napoli, Luciano Spalletti, irid lill-attakkant ta’ Chelsea, Armando Broja, minkejja li jrid iżomm lil Osimhen.
S’issa l-player ta’ 23 sena skorja 66 goal f’152 dehra fil-karriera tiegħu. Iżda kien fl-istaġun li għadda fis-Serie A fejn tassew qajjem l-interess ta’ numru ta’ clubs.
Osimhen skorja 18-il goal u ta sitt assists fil-kompetizzjonijiet kollha hekk kif Napoli spiċċaw it-tielet fis-Serie A.