Wednesday, April 24, 2024

Man Utd jikkunsidraw li jaħtru lil Laurent Blanc bħala l-manager temporanju

Aqra wkoll

Manchester United qed jikkunsidraw li jaħtru lil Laurent Blanc bħala l-manager il-ġdid tagħhom fuq bażi interim.

Dan filwaqt li t-tfittxija għal manager permanenti hija aċċellerata, b’Zinedine Zidane maħsub li jinsab favorit li jieħu din il-kariga.

Blanc, li rrappreżenta lir-Red Devils bħala player bejn l-2001 u l-2003, mexxa lil Bordeaux, Franza u Paris Saint-Germain bejn l-2007 u l-2016.

L-ex internazzjonali Franċiż ilu fit-tmexxija tal-club tal-Qatai Al-Rayyan mill-2020, u għandu rekord ta’ 14-il rebħa, seba’ draws u 18-il telfa minn 39 partita fit-tmun tal-club.

Sport