Saturday, December 21, 2024

Manchester City b’interess fl-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Manchester City għandhom interess qawwi fl-iffirmar tal-attakkant ta’ Fiorentina Dusan Vlahovic, qabel it-twieqi tat-trasferiment li jmiss.

M’hemm l-ebda ħabi l-fatt li Pep Guardiola huwa ħerqan li jakkwista attakkant ċentrali ġdid ‘il quddiem, wara t-tluq tal-leġġenda tal-Club Sergio Aguero matul is-sajf.

Peress li fallew it-tentattivi tagħhom biex jiffirmaw lil Harry Kane ta’ Tottenham Hotspur, is-Citizens ilhom iħarsu lejn alternattivi orħos u identifikaw lil Vlahovic bħala wieħed mill-miri ewlenin tagħhom.

Man City huma “attivi” fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-player ta’ 21 sena u qed isegwu mill-qrib il-prestazzjonijiet tiegħu fil Serie A.

Il-club immexxi minn Guardiola, madankollu, mhux l-uniku club interessat fis-servizzi tas-Serb, hekk kif Spurs, Liverpool, Bayern Munich, Borussia Dortmund u Juventus qed jissorveljaw is-sitwazzjoni tiegħu.

Vlahovic, li fadallu inqas minn sentejn fil-kuntratt tiegħu, riċentement ċaħad ftehim ġdid offrut lilu mill-Vola, li issa qed jitolbu £76.5m għall-attakkant.

Ekonomija

Sport