Manchester City daħlu f’taqtiegħa ma’ Liverpool għall-akkwist potenzjali tal-attakkant ta’ West Ham United, Jarrod Bowen, fis-sajf.
Il-player ta’ 25 sena kien f’forma sensazzjonali għall-Hammers dan l-istaġun, fejn skorja 12-il goal u rreġistra 11-il assist f’36 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp hu maħsub li hu interessat li jiffirma lil Bowen minkejja l-wasla ta’ Luis Diaz mingħand Porto f’Jannar.
Madankollu, ir-Reds jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni mir-rivali tat-titlu tal-Premier League Man City, li wkoll qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni ta’ Bowen.
Il-manager tal-Hammers David Moyes huwa ħerqan li jorbot lill-ex player ta’ Hull City b’kuntratt ġdid, bil-ftehim attwali tiegħu jiskadi f’Ġunju 2025, biex iwarrab l-interess minn clubs akbar.
Bowen, li wkoll kien marbut ma’ Manchester United, hu maħsub li qed jiġi kkunsidrat għal sejħa minn Gareth Southgate għal mat-team nazzjonali Ingliż.