Tuesday, May 14, 2024

Manchester City interessati f’Mattias Svanberg

Aqra wkoll

Manchester City identifikaw lill-midfielder ta’ Bologna, Mattias Svanberg bħala mira potenzjali tat-trasferiment.

Pep Guardiola bħalissa jinsab moqdi b’għażliet f’nofs il-ground bil-veteran Fernandinho biss jidher li qed ifittex li jħalli l-Etihad Stadium fl-2022.

Rapporti preċedenti indikaw ukoll li l-prijoritajiet tas-City jinsabu f’żoni oħra tal-ground, l-aktar fuq in-naħa tax-xellug tad-difiża u fin-nofs tal-attakk tagħhom.

Madankollu, Svanberg qed jitqies bħala żieda possibbli matul waħda mit-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin.

Il-leaders tal-Premier League bdew janalizzaw il-kapaċitajiet tal-internazzjonali Sveziż, li fadallu 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu.

Wara li mpressjona matul id-19-il dehra tiegħu fis-Serie A dan l-istaġun, fejn skorja tliet goals u pprovda żewġ assists, iż-żagħżugħ ta’ 22 sena qed jingħad ukoll li jinsab fuq ir-radar ta’ Inter u AC Milan.

Sport