Friday, December 20, 2024

Manchester City iqisu li jagħmlu offerta għal Luka Modric

Aqra wkoll

Iċ-champions Ingliżi Manchester City qed iqisu li jagħmlu offerta għall-midfielder ta’ Real Madrid, Luka Modric, fis-sajf li ġej.

L-internazzjonali Kroat, li għalaq 36 sena nhar il-Ħamis, daħal fl-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu u qed jikkunsidra l-għażliet tiegħu fl-aħħar stadji tal-karriera tiegħu.

Pep Guardiola huwa ħerqan li jakkwista player bi kwalitajiet simili għal Sergio Busquets ta’ Barcelona, ​​u jemmen li Modric ikun il-‘milfielder ideali’ li jista’ jġib bilanċ f’nofs il-ground tiegħu.

Man City diġà għandhom għadd kbir ta’ għażliet f’nofs il-grawnd għad-dispożizzjoni tagħhom, għalkemm Guardiola jista’ jikkunsidra l-iffirmar ta’ Modric fis-sajf li ġej bħala sostitut potenzjali għal Fernandinho, li se jara l-kuntratt tiegħu jiskadi fis-sajf tal-2022.

Ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb tal-2018 għandu aspirazzjonijiet li jqatta’ l-aħħar ftit snin tal-karriera tiegħu fl-Istati Uniti, u huwa maħsub li Man City jkunu lesti joffru lill-Kroat kuntratt li jarah l-ewwel jingħaqad mal-club immexxi minn  Guardiola qabel ma mbagħad jingħaqad mal-club New York City FC.

Modric għamel 392 dehra ma’ Real Madrid minn meta ngħaqad mal-club mingħand Tottenham Hotspur fl-2012, fejn rebaħ erba’ edizzjonijiet taċ-Champions League kif ukoll żewġ titli tal-La Liga u Copa del Rey.

Ekonomija

Sport