Tuesday, December 24, 2024

Manchester City jibqgħu interessati f’Harry Kane

Aqra wkoll

Manchester City għadhom interessati f’Harry Kane u jistgħu jagħmlu mossa oħra għall-attakkant ta’ Tottenham Hotspur matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Is-Citizens kienu marbuta b’mod qawwi mal-captain tal-Ingilterra matul is-sajf iżda ma setgħux jaslu għal ftehim ma’ Spurs dwar ħlas ta’ trasferiment, bil-club mit- Tramuntana ta’ Londra maħsub li jistma l-player stilla tagħhom għal £160m.

Kane sabha diffiċli biex juri l-aqwa forma tiegħu f’livell ta’ club f’dan l-istaġun, meta skorja darba biss fi 13-il dehra tal-Premier League, għalkemm skorja tmien darbiet f’20 ħarġa fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-manager ta’ Man City Pep Guardiola għadu ħerqan rigward l-akkwist tal-player ta’ 28 sena u jqisu bħala l-player perfett biex jidħol fis-sistema tiegħu fl-Etihad Stadium.

Kane bħalissa qed ixaqleb lejn Real Madrid, iżda l-coach tal-Los Blancos Carlo Ancelotti qal lill-president tal-club Spanjol Florentino Perez biex minflok isegwi lil Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund bħala sostitut fit-tul għal Karim Benzema.

Kane fadallu sentejn u nofs kuntratt fit-Tottenham Hotspur Stadium, u għalhekk it-team ta’ Antonio Conte jibqa’ f’pożizzjoni b’saħħitha fejn jidħol il-futur tal-Ingliż.

Ekonomija

Sport