Wednesday, April 24, 2024

Bartolo jingħata l-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Intlaqat f’siequ wara li ġew sparati mal-50 tir mill-Pulizija

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni t’evidenza kontra Aidan Bartolo fejn aktar kmieni dalgħodu nstema’ fil-qorti li l-Pulizija sparat mal-ħamsin tir meta dan allegatament saq għal fuqhom.

Bartolo, ta’ 24 sena, li kien qed jiġi investigat fuq suspett ta’ traffikar ta’ droga, twaqqaf minn sitt pulizija waqt li kien fil-karozza tiegħu fil-Mellieħa, iżda dan allegatament m’obdiex l-ordnijiet u minflok saq għal fuqhom.

Bartolo daħal fil-Qorti bil-krozzi, hekk kif ġie milqut b’tir f’siequ, wara li dawn bdew jisparaw lejn it-tyres b’reazzjoni għall-atteġjament taż-żagħżugħ.

Meta d-Difiża staqsiet dwar l-ammont kbir ta’ tiri sparati fid-direzzjoni ta’ Bartolo, il-Prosekuzzjoni rrimarkat li l-Pulizija involuti kellhom ħajjithom f’riskju minħabba li l-istess Bartolo kien saq għal fuqhom b’ċertu veloċità.

Il-Qorti aċċettat it-talba tad-Difiża għall-ħelsien mill-arrest, u Bartolo nħeles fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali t’40,000.

Sport