Sunday, November 24, 2024

Manchester City jikxfu l-mafkar tal-goal drammatiku ta’ Aguero

Il-goal tiegħu kien għen lill-club biex jerbaħ il-kampjonat

Aqra wkoll

Illum jimmarka l-10 anniversarju mill-goal drammatiku ta’ Sergio Aguero li bih għen lil Manchester City jirbħu l-ewwel kampjonat Ingliż mill-1968.

Biex ifakkru dan il-goal, il-club kixef mafkar ħdejn l-Etihad Stadium ad unur l-attakkant Arġentin, Sergio Aguero, li kien proprju hu li skorja l-goal rebbieħ fit-93 minuta.

Dakinhar Manchester City kienu rebħu bl-iskor ta’ 3-2 fuq Queens Park Rangers biex temmew it-tamiet ta’ Manchester United li jirbħu l-istess titlu. Sa qabel il-goal ta’ Aguero kollox kien jindika li t-titlu kien se jintrebaħ minn Manchester United li għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 1-0.

Il-Captain Sergio Aguero waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tat-titlu

Fil-karriera tiegħu mas-Citizens, Aguero skorja xejn inqas minn 260 goal u għaldaqstant l-istatus ta’ leġġendarju issa se jkun immortalizzat barra l-istadium. 

L-iskultura turi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Aguero jxejjer il-flokk meta skorja l-goal rebbieħ kontra QPR. 

Sport