Manchester City ………..2
Manchester United…….1
Manchester City rebħu l-100 edizzjoni tal-FA Cup meta fil-finali għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 2-1 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jistgħu jirbħu t-Treble meta nhar is-Sibt li ġej jaffrontaw lil Inter fil-finali tal-UEFA Champions League.
Manchester City ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss 12-il sekonda fetħu l-iskor minn xutt minn barra l-kaxxa ta’ Ilkay Gundogan fejn ħalla lill-goalkeeper David De Gea iħares lejn il-ballun dieħel fix-xibka.
Dan il-goal kien l-aktar veloċi fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni
Iżda minkejja l-United kisbu d-draw meta s-City kienu qed juru l-aħjar logħob meta fil-31 minuta ngħataw penalty kontroversjali meta mid-daqqa ta’ ras ta’ Aaron Wan-Bissaka, il-ballun ħabat ma’ id Jack Grealish li kien viċin wisq biex seta’ jiġi kkastigat.
Mill-11-il metru Bruno Fernandes ma żbaljax.
Madankollu, fil-51 minuta reġa’ kien Ilkay Gundogan li skorja dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa b’volley ieħor, iżda din id-darba b’siequ x-xellugija meta kkonluda mill-pass ta’ Kevin De Bruyne.