Friday, May 3, 2024

Francesca mimlija eċitament biex tgħaddi l-flus tal-praċett lil Dar Bjorn

Aqra wkoll

“Kemm jgħaddi ż-żmien filli qegħdin il-magħmudija u f’daqqa waħda se tagħmel il- praċett”. Iddikjarat dan Michelle Rausi f’kitba maħsuba biex toqrosna u tfakkarna li ż-żmien ma jistenna lil ħadd.

Michelle kompliet tirreferi għal bintha Francesca u qalet li filli kienet tarbija, u filli tfajla żgħira mimlija bl-ambizzjonijiet.

L-omm qalet li minkejja kull sfidi matul il-ħajja ta’ kuljum, binthom tgħallimhom kuljum. Din id-darba kienet eċitata tiftaħ il-kartolini u tara x’kien fihom, mhux għaliha imma għax konxja li b’dak li kienet qiegħda tirċievi kienet se tgħin lil Dar Bjorn.

“Kemm aħna kburin bik Francesca, inħobbuk għal dejjem, ommok u missierek”, temmet tgħid l-omm.

Sport