Saturday, May 18, 2024

Manchester City jirbħu l-100 edizzjoni tal-FA Cup

Aqra wkoll

Manchester City ………..2

Manchester United…….1

Manchester City rebħu l-100 edizzjoni tal-FA Cup meta fil-finali għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 2-1 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jistgħu jirbħu t-Treble meta nhar is-Sibt li ġej jaffrontaw lil Inter fil-finali tal-UEFA Champions League. 

Manchester City ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss 12-il sekonda fetħu l-iskor minn xutt minn barra l-kaxxa ta’ Ilkay Gundogan fejn ħalla lill-goalkeeper David De Gea iħares lejn il-ballun dieħel fix-xibka. 

Dan il-goal kien l-aktar veloċi fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni 

Iżda minkejja l-United kisbu d-draw meta s-City kienu qed juru l-aħjar logħob meta fil-31 minuta ngħataw penalty kontroversjali meta mid-daqqa ta’ ras ta’ Aaron Wan-Bissaka, il-ballun ħabat  ma’ id Jack Grea­lish li kien viċin wisq biex seta’ jiġi kkastigat. 

Mill-11-il metru Bruno Fernandes ma żbaljax. 

Madankollu, fil-51 minuta reġa’ kien Ilkay Gundogan li skorja dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa b’volley ieħor, iżda din id-darba b’siequ x-xellugija meta kkonluda mill-pass ta’ Kevin De Bruyne. 

Sport