Wara li Barcelona laħqu ftehim mal-midfielder internazzjonali Portugiż ta’ Manchester City, Bernardo Silva, issa ħarġet l-aħbar li ċ-champions Ingliżi qed jitolbu €100 miljun biex iċeduh.
Il-coach tas-Citizens, Pep Guardiola, huwa konxju li Silva huwa wieħed mill-aqwa players fl-iskwadra tiegħu u għaldaqstant xeħet dan il-prezz fuq rasu.
Il-Katalani ħasbu li setgħu jagħmlu negozju mal-ex player u l-ex coach tagħhom hekk kif l-offerta oriġinali tagħhom kienet dik ta’ €60 miljun.