Tuesday, May 14, 2024

Emerson Palmieri fil-mira ta’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus xeħtu għajnejhom fuq id-difensur xellugi ta’ Olympique Lyon Emerson Palmieri.

Dan tal-aħħar kien diġa’ fil-mira tal-Bianconeri madwar sentejn ilu iżda b’xi mod jew ieħor kienu Chelsea li akkwistaw is-servizzi tiegħu. Bil-coach Massimiliano Allegri li jrid isaħħaħ id-difiża tiegħu, Palmieri joffri dik l-esperjenza neċessarja sabiex jaqdi l-ħtiġijiet tattiċi tiegħu.

Palmieri għandu 28 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Santos, Palermo u Roma.

Sport