Thursday, April 25, 2024

Memphis Depay mhux fil-pjani ta’ Xavi

Aqra wkoll

L-attakkant Olandiż ta’ Barcellona Memphis Depay jinsab ferm iddiżappuntat bin-nuqqas ta’ interess li l-coach Xavi qed juri fih. Dan tal-aħħar iddikjara li l-player mhux fil-pjani tiegħu għall-istaġun li ġej u ċ-ċansijiet li jilgħab fl-ewwel ħdax huma ferm remoti.

Wara l-wasla ta’ Robert Lewandowski f’Camp Nou, id-destin ta’ Depay jidher ferm inċert u għalhekk qed jinsisti mal-aġent tiegħu li jsiblu destinazzjoni fejn jista’ jilgħab. Kif intqal ilbieraħ, Juventus qed iħarsu b’ċertu interess f’dan il-player.

Sport