Manchester City rebħu l-Premier League Ingliż meta ġew minn wara biex għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-2.
Fil-verità kollox kien mitluf għas-Citizens meta kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals minn Matty Cash (37) u Philippe Coutinho (69) iżda goals minn Ilkay Gundogan (76, 81) u Rodri Hernandez (78) taw it-titlu lit-team immexxi mill-manager Pep Guardiola.
Arsenal v Everton – Arsenal għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 5-1 liema rebħa ma kienet tiswa xejn minħabba li Tottenham għelbu lil Norwich u b’hekk kienu Spurs li spiċċaw fir-raba’ post li jfisser kwalifikazzjoni fil-UEFA Champions League.
Il-goals waslu minn Gabriel Martinelli (27 pen), Edward Nketiah (31), Cedric (56), Gabriel Magalhaes (59) u Martin Odegaard (82) filwaqt li Donny van de Beek (45) wieġeb għal Everton.
Brentford v Leeds – Leeds marru għand Brentford u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex salvaw posthom fil-Premier League.
Kien Raphinha (56 pen) li fetaħ l-iskor għall-Peacocks iżda Sergi Canos (78) kiseb id-draw għal Brentford li żewġ minuti wara ntwera t-tieni karta safra u tkeċċa.
Madankollu Jack Harrison (93) skorja l-goal tar-rebħa għal Leeds.
Brighton v West Ham – Brighton laqgħu lil West Ham u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Joe Veltman (50), Pascal Gross (80) u Danny Welbeck (92) wara li Michail Antonio (40) fetaħ l-iskor għall-Hammers.
Burnley v Newcastle – Burnley kienu t-tielet team li safa relegat meta f’darhom sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1. Iż-żewġ goals ta’ Newcastle skorjahom Callum Wilson (20 pen, 60).
Chelsea v Watford – Chelsea kellhom jitħabtu biex għelbu lil Watford bl-iskor ta’ 2-1, bil-goal tar-rebħa jasal minn Ross Barkley (93) wara li Dan Gosling (87) kiseb id-draw temporanju għall-Hornets. Kien Kai Haverts (11) li fetaħ l-iskor għal Chelsea.
C. Palace v Man Utd – Crystal Palace għelbu lil Manchester United b’goal uniku ta’ Wilfred Zaha (37) iżda r-Red Devils ikkwalifikaw fil-UEFA Europa League minħabba li West Ham sfaw megħluba.
Leicester v Southampton – Leicester ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 4-1 bl-iskorers ikunu James Maddison (50), Jamie Vardy (74) u doppjetta minn Ayoze Perez (81, 93). James Ward-Prowse (79 pen) skorja għas-Saints.
Liverpool v Wolves – Liverpool dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 3-1.
Kien Pedro Neto (3) li fetaħ l-iskor għal Wolves iżda Sadio Mane (24), Mohamed Salah (84) u Andy Robertson (89) taw ir-rebħa lil Liverpool li ma kienet tiswa xejn għar-rebħ tat-titlu.
Norwich v Tottenham – Barra minn darhom Tottenham għelbu lil Norwich 5-0 b’goals minn Dejan Kulusevski (16, 64), Harry Kane (32) u Son Heung-Min (70, 75).
Salah u Son rebħu flimkien l-unur tal-aqwa skorer bi 23 goal kull wieħed.