Manchester City huma lesti li jagħmlu offerta għall-winger ta’ Bayern Munich, Serge Gnabry, jekk Raheem Sterling iħalli l-club matul dan is-sajf.
Il-player internazzjonali Ġermaniż skorja 14-il goal f’34 dehra fil-kampjonat l-istaġun li għadda, u għen lit-team tiegħu jirbaħ l-10 titlu konsekuttiv tal-Bundesliga.
Il-kuntratt attwali ta’ Gnabry għandu jiskadi s-sena d-dieħla, u huwa rrappurtat li rrifjuta offerta ta’ ftehim ġdid mingħand Bayern Munich, li huma ħerqana li jżommu s-servizzi tal-player ta’ 26 sena.