Saturday, December 21, 2024

Manchester United b’seba’ players biss kontra Brighton

Aqra wkoll

Il-partita bejn Manchester United u Brighton li kellha tintlagħab nhar is-Sibt li ġej ġiet posposta minħabba li Manchester United ġew milquta se mill-pandemija tal-Covid-19 hekk kif minn skwadra sħiħa, sebgħa biss huma disponibbli.

Nhar it-Tlieta li għadda, għal-logħba kontra Brentford li kellha tiġi posposta wkoll, il-United kellhom biss disa’ players disponibbli bil-coach, Ralf Rangnick, kellu jirrikorri għal bosta players żgħażagħ għal matul is-sessjonijiet ta’ taħriġ. 

Ir-Red Devils ħabbru wkoll li l-kumpless tat-taħriġ tagħhom se jerġa’ jingħalaq għall-inqas sa nhar it-Tlieta, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni. David de Gea, Marcus Rashford, Fred u Alex Telles kienu erbgħa mill-players li tħarrġu fil-bażi tat-taħriġ ta’ Carrington qabel ma reġgħet għalqet.

Il-partita hija l-ħames waħda tal-Premier League li ġiet imwaqqfa minħabba tifqigħat tal-varjant Omicron li infetta għexieren ta’ eluf madwar ir-Renju Unit – iżda l-ogħla livell jinsistu li mhux se jkun hemm sospensjoni tal-logħbiet fil-kampjonat kollu.

Ekonomija

Sport