Saturday, May 4, 2024

Manchester United iħejju offerta ‘attraenti’ għal Antonio Rudiger

Aqra wkoll

Manchester United qed iħejju offerta ta’ kuntratt ‘attraenti’ għal Antonio Rudiger, hekk kif qed tkompli l-ispekulazzjoni dwar il-futur tad-difensur ċentrali ta’ Chelsea.

Il-ftehim tal-player ta’ 28 sena fi Stamford Bridge għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, li jfisser li bħalissa huwa liberu li jkollu diskussjonijiet ma’ clubs barranin dwar pre-kuntratt.

Chelsea kellhom taħditiet pożittivi mal-internazzjonali Ġermaniż nhar it-Tnejn, bil-club kunfidenti li jista’ jintlaħaq ftehim fil-futur qrib.

Madankollu, Man United qed ifittxu li jittantaw lil Rudiger li jipi jilgħab f’Old Trafford billi joffrulu ftehim ‘enormi’ fit-tul.

Ir-Red Devils jisnabu f’kompetizzjoni ma’ Tottenham Hotspur, Real Madrid u Bayern Munich biex din is-sena jiffirmaw lill-Ġermaniż.

Rudiger reġa’ kien player vitali għat-tim ta’ Thomas Tuchel matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.

Sport