Manchester United keċċew lill-manager Erik ten Hag wara l-bidu ħażin f’dan l-istaġun.
L-aħħar logħba ta’ Ten Hag kienet it-telfa ta’ 2-1 tal-Ħadd li għadda kontra West Ham li ħalliet lir-Red Devils fl-14-il post bi tliet rebħiet biss minn disa’ partiti.
Il-United jinsabu wkoll fil-21 post minn 36 team fil-klassifika tal-UEFA Europa League, wara li kisbu biss tliet draws minn daqstant logħbiet.
L-eks player, Ruud van Nistelrooy, li ngħaqad mal-club bħala assistent ta’ Ten Hag fis-sajf li għadda, se jieħu l-irwol ta’ interim manager.
L-Olandiż kien infurmat bid-deċiżjoni mill-bord tal-club it-Tnejn filgħodu, inqas minn 24 siegħa wara t-telfa kontra l-Hammers.
Il-club kien ġedded il-kuntratt ta’ Ten Hag b’sena wara r-rebħa tal-finali tal-FA Cup ta’ Mejju fuq Manchester City iżda tliet xhur biss wara tkeċċa wara li taħt il-gwida tiegħu, Manchester United kellhom it-tieni l-agħar bidu fil-Premier League.