Manchester United qed jitqiesu bħala kontendenti biex jiffirmaw lid-difensur ċentrali ta’ Inter, Milan Skriniar.
Il-player ta’ 27 sena jista’ jkun wieħed mill-aktar free agents ta’ profil għoli fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej, hekk kif qed jispiċċa l-aħħar 12-il xahar tal-kuntratt tiegħu man-Nerazzurri.
Inter huma maħsuba li huma kunfidenti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jiffirmaw lil Skriniar għal ftehim ġdid, iżda kif inhuma l-affarijiet, l-internazzjonali Slovakk se jkun liberu li jidħol f’diskussjonijiet ma’ klabbs barranin f’Jannar li ġej.