Sunday, May 5, 2024

Manchester United iridu jiffirmaw lil Tammy Abraham

Aqra wkoll

Wara li ma rnexxielhomx jiffirmaw lil Cody Gakpo mingħand PSV Eindhoven, Manchester United issa xeħtu l-attenzjoni tagħhom fuq l-attakkant ta’ Roma, Tammy Abraham. 

Kollox kien qed jindika li r-Red Devils kienu se jingaġġaw lill-player Olandiż u saħansitra laħqu ftehim mal-player innifsu kif ukoll mal-club. 

Iżda fl-aħħar jumejn, Liverpool għamlu kuntatt mal-aġent tal-player fejn ipperswaduh biex imur jilgħab f’Anfield. U s-somma inovulta hija dik ta’ €40 miljun.

Issa l-United iridu jiffirmaw attakkant biex jimla l-vojt ta’ Cristiano Ronaldo li fix-xahar li għadda huma temmew il-kuntratt tiegħu wara intervista kontroversjali ma’ Piers Morgan. 

Peró, il-coach ta’ Roma u eks Manchester United, José Mourinho, żgur li mhux se jħalli lil dan il-player ta’ 25 sena imur jilgħab f’Old Trafford minħabba li ssetilja fil-Kampjonat Taljan u qed ikun strumentali għall-pjani tal-coach Portugiż. 

Sport