Wara li kisbu l-firma ta’ Casemiro mingħand Real Madrid, Manchester United se jimmiraw li jiffirmaw lil Frenkie De Jong mingħand Barcelona u lil Antony mingħand Ajax.
Il-coah, Erik ten Hag, qed iħeġġeġ lis-sidien biex joħorġu s-somma ta’ €190 miljun biex jingaġġaw lil dawn iż-żewġ players.
Iżda filwaqt li Antony qed jinsisti li jmur jilgħab f’Old Trafford, De Jong għadu qed jinsisti li jrid jibqa’ mal-Katalani minkejja li dawn tal-aħħar iridu jeħilsu minnu.