Manchester United akkwistaw b’self lill-midfielder Awstrijak Marcel Sabitzer mingħand Bayern Munich.
Il-player ta’ 28 sena ngħaqad mal-iskwadra ta’ Erik ten Hag sal-aħħar tal-istaġun wara l-injury fit-tul ta’ Christian Eriksen kif ukoll minħabba l-injury ta’ Soctt McTominay li mistenni jdum barra tliet ġimgħat.
Sabitzer għamel 54 dehra ma’ Bayern minn mindu ngħaqad f’Awwissu 2021.
“Xi kultant fil-ħajja trid tieħu deċiżjonijiet rapidi u importanti,” qal Sabitzer.
“Mill-mument li smajt b’din l-opportunità kont naf li kienet tajba għalija. Jien player kompetittiv. Irrid nirbaħ u ngħin lill-club jilħaq l-għanijiet tiegħu dan l-istaġun.
“Inħoss li ninsab fl-aqwa tiegħi bħala player, u li nista’ nikkontribwixxi ħafna esperjenza u enerġija lill-iskwadra.
“Ninsab eċċitati li nibda ma’ sħabi u l-manager il-ġdid tiegħi u li nuri l-kwalitajiet tiegħi lill-partitarji ta’ Manchester United.”