Tuesday, April 30, 2024

Real Madrid se jagħmlu lil Kylian Mbappe l-prijoritá tagħhom fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf

Aqra wkoll

Real Madrid ħabbru li se jagħmlu lill-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Paris St-Germain, Kylian Mbappe, bħala l-prijoritá tagħhom fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf. 

Matul is-sajf li għadda, il-Madrileni kienu qed isegwu lil dan il-player ta’ 23 sena li l-kuntratt tiegħu kien se jiskadi f’dak il-perjodu. Kien hemm stennija li Mbappe seta’ jmur jilgħab fil-belt kapitali Spanjola bi trasferiment ħieles  iżda huwa ssroprenda lil kulħadd billi ffirma kuntratt ġdid mal-Pariġini sal-2025. 

B’hekk Real Madrid tilfu ċ-ċans li jiffirmaw b’xejn lil wieħed mill-aqwa players tad-dinja tal-mument.  

Madankollu huwa xorta waħda baqa’ marbut ma’ ċaqliq mal-Madrileni. Għaldaqstant id-diriġenza tal-club Spanjol ħabbret li l-president, Florentino Perez, għadu nteressat fis-servizzi ta’ Mbappe u se jagħmluh il-prijoritá tagħhom fis-suq tat-trasferimenti li jmiss. 

Perez huwa ammiratur kbir ta’ Mbappe u hemm ċertu ottimiżmu li huwa jispiċċa jilgħab fil-Bernabeu.  

Sport