Monday, December 23, 2024

Manchester United jeliminaw lil Liverpool fl-FA Cup

Aqra wkoll

F’partita li laħqet kull aspettativa bejn ir-rivali eterni, Manchester United eliminaw lil Liverpool mill-FA Cup bil-goal tar-rebħa jasal proprju fil-ħin miżjud tal-ħin barrani.

Kien Scott McTominay (10) li fetaħ l-iskor għall- United iżda Liverpool daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Alexis MacAllister (44) u Moha­med Salah (45). 

U meta dehru li kienu resqin lejn ir-rebħa, tliet minuti mit-tmiem il-United kisbu d-draw minn Antony biex il-partita kellha tmur fil-ħin barrani.

Kien Harvey Elliot (105) li skorja għal Liverpool iżda Marcus Rashford (112) u Amad Diallo (121) taw ir-reb­ħa lir-Red Devils. 

Chelsea v Leicester – Chelsea kellhom jitħabtu biex qatgħu l-passaġġ tagħ­hom għas-semi-finali meta f’darhom għelbu lit-team taċ-Championship, Leicester City, bl-iskor ta’ 4-2.

Sad-90 minuta, iż-żewġ timijiet kienu qed jaqsmu erba’ goals hekk kif Marc Cucurella (13) u Cole Palmer (45) taw vantaġġ doppju lill-Pensioners, wara li Raheem (26) falla penalty.

Iżda fit-tieni taqsima, Leicester kisbu d-draw permezz ta’ auto-goal ta’ Axel Disasi (51) u Stephy Mavi­didi (62).

Madankollu, wara li tkeċ­ċielhom Callum Doyle (73), Leicester sfaxxaw biex Chelsea skorjaw darbtejn oħra fil-ħin miżjud minn Carney Chukwuemeka (92) u Noni Madueke (98).    

Il-poloz tas-semi-finali huma:

Coventry v Man Utd

Man City v Chelsea

Jintlagħbu fl-20 u fil-21 ta’ April f’Wembley Stadium

Ekonomija

Sport