Wednesday, July 24, 2024

Euro U19 Waterpolo – Kwalifikazzjoni storika minn Malta

Aqra wkoll

Malta ……………16

Bulgarija ………10

(4-1, 5-4, 2-3, 5-2)

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt id-19-il sena kiseb kwalifikazzjoni storika meta f’Lodz, il-Polonja, rebaħ it- tliet logħbiet li lagħab biex spiċċa fil-quċċata ta’ Grupp C tat-tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-LEN Under/19 Waterpolo Championships 2024 u għadda għall-finali li se jsiru fil-Bulgarija.

B’hekk wara r-rebħiet 17-7 kontra s-Slovakkja u 11-4 kontra l-Polonja, issa l-Maltin komplew fit-triq tar-rebħ biex spiċċaw l-impenji tagħhom fil-quċċata b’punti massimi.

Il-players tagħna mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħ­­hom meta marru 3-0 minn fuq b’goals minn Jake Cachia, Max Zammit u Alec Fenech u wara li Zhivo­mir Dob­rev naqqas id-distakk kien Jayden Cutajar li għalaq l-ewwel sessjoni 4-1 favur Malta.

It-tieni sessjoni pprodu­ċiet disa’ goals meta għalqet 5-4 favur il-Maltin. Kien Alec Fenech li beda b’raġel iżjed u wara dan Veselin Ganchev skorja darbtejn, it-tieni wieħed minn penalty.

L-erba’ goals li kien imiss ġew wieħed kull naħa minn Jake Cachia, Samuil Ivanov, Enrico Mallia u reġa’ Veselin Ganchev. Iżda Zak Licari Cutajar u Julian Valletta aċċertaw li sa nofs il-logħba l-Maltin jillidjaw 9-5.

It-tielet sessjoni kienet tal-Bulgari li rebħuha 3-2 biex sa tmiemha resqu         tliet goals viċin. Beda Dobrev iżda Jake Cachia b’raġel iktar u Alec Fenech minn pe­nalty għamluhom 11-6 u wara dan Konstantin Manasiev bi player iktar u Martin Ivanov sabu x-xibka għall-Bulgarija.

Madankollu l-Maltin ma kellhomx jiġu mċaħħda tant li rebħu l-aħħar sessjoni 5-2 għal skor finali ta’ 16-10 fejn Alec Fenech darbtejn, Dean Bugeja, Julian Valletta u penalty ta’ Julian Chircop skorjaw għal Malta waqt li Samuil Ivanov skorja darb­tejn għall-Bulgarija.

Għat-tielet u r-raba’ ses­sjonijiet il-coach Niki Lanzon introduċa lill-goalkeeper ta’ riserva, Sven Livori, meta tah id-debutt tiegħu fl-etá ta’ 16-il sena.

Malta: Zack Allen Dzanovic, Luigi Mallia, Julian Valletta 2, Julian Chircop 1, Jake Cachia 3, Dean Bugeja 1, Max Zammit 1, Jayden Cutajar 1, Enrico Mallia 1, Kieyan Borg, Alec Fenech (captain) 5, Zak Cutajar Licari 1, Sven Livori.

Bulgarija: Aleksandar Ka­­menov, Bojidar Vuchkov, Da­rio Danovsky, Zhivomir Dobrev 2, Martin Ivanov 1, Pavel Pelov (captain), Samuil Ivanov 3, Daniel Totev, Kalin Uzunov, Veselin Ganchev 3, Konstantin Manasiev 1.

Referees: Jarrko Virtanen (Finlandja), Maxim Gerasimov (Britannja).

Fil-logħba l-oħra tal-bie­raħ il-Polonja għelbu lis-Slovakkja 8-6 (3-0, 1-1, 4-4, 0-1).

Ekonomija

Sport