Sunday, December 22, 2024

Manchester United jibdew l-impenji tal-UEL b’telfa f’darhom

Aqra wkoll

Meta bdiet tintlagħab il-Fażi tal- Gruppi taż-żewġ kompetizzjonijiet, il-UEFA Europa League u l-UEFA Conference League, l-attenzjoni prin­ċipali kienet mixħuta fuq it-timijiet Ingliżi u Taljani b’mod speċjali fuq Manchester United fejn f’darhom sfaw megħluba minn Real Sociedad bl-iskor ta’ 1-0.

UEFA EUROPA LEAGUE

Man Utd v Real Sociedad – Manchester United ospitaw lil Real Sociedad u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0.

Minkejja li kienu l-aħjar team għal ħafna ħinjiiet kienu Real Sociedad li kisbu t-tliet punti bil-goal jiġi skorjat mill-11-il metru minn Brais Mendes wara li Lisandro Martinez mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.

L-ex player ta’ Manchester City, David Silva, kellu partita tajba għall-Ispanjoli.

Lazio v Feyenoord – Lazio laqgħu lil Feyenoord u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-2 bil-protagonisti jkunu Luis Alberto (4), Felipe Anderson (15) u Matias Vecino (28, 63)  li skorja doppjetta.

Peró t-team Olandiż reġa’ daħal fil-partita permezz ta’ żewġ goals ta’ Santiago Gimenez (69, 88).

Zurich v Arsenal – Arsenal marru l-Isvizzera u għelbu lil Zurich bl-iskor ta’ 2-1. Il-goals waslu minn Marquinhos (16) u Edward Nketiah (62) filwaqt li Mirlind Kryeziu (44) kiseb id-draw momentarju minn penalty.

Ludogorets v Roma – Roma sofrew telfa fil-Bulgarija kontra Ludogorets bl-iskor ta’ 2-1. Il-goals tat-team ospitu waslu minn Cauly (72) u Gustavo No­nato (88) filwaqt li Eldor Shomurodov (86) wieġeb għat-team immexxi mill-coach José Mourinho.

Union Berlin v St Gilloise – It-team Belġjan, Union Royal St Gilloise, li miegħu jilgħab il-player internazzjo­nali Malti, Teddy Teuma, mar il-Ġermanja u rebaħ lil Union Berlin bl-iskor ta 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Senne Lynen (39). Fil-ħin miżjud  tkeċċa Sven Michel ta’ Union Berlin.

UEFA CONFERNCE LEAGUE

West Ham v Steaua Bucharest – West Ham għelbu lil Steaua Bucharest bl-iskor ta’ 2-1 bl-iskorers ikunu Jarrod Bowen (68 pen),  Emerson (75) u Michail Antonio (91) wara li Andrei Cordea (34) fetħu l-iskor għar-Rumeni.

Fiorentina v Rigas FS – Fiorentina laqgħu lil Rigas FS u temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Antonin Barak (56) li fetaħ l-iskor għal Viola iżda Andrej Ilic (74) kiseb id-draw għat-team mil-Latvja li kien ukoll l-avversarju ta’ Hibernians.

Villarreal v Lech Poznan – F’partita pjaċevoli Villarreal għelbu lil Lech Poznan bl-iskor ta’ 4-3 bl-iskorers ikunu Samuel Chukweze (32), Alex Baena (36, 40) u Francis Coquelin (89) filwaqt li għall-Pollakki skorjaw Mi­chal Skoras (2) u Mikael Ishak (46 pen 61).

Hearts v Istanbul Basaksehir – F’darhom Hearts sofrew telfa kbira ta’ 4-0 kontra t-team Tork ta’ Istanbul Basaksehir b’goals minn Hasan Ali Kaldirim (26), Youssouf Ndayishimiye (67), Stephen Kingsley (75 o.g.) u Berkay Ozcan (82).

Slovacko v FK Partizan – L-avversarji ta’ Hamrun Spartans, FK Partizan Belgrade, marru r-Repubblika Ċeka u spiċċaw fi draw ta’ 3-3 kontra Slovacko.

Għal dawn tal-aħħar skorjaw Jan Kalabiska (5, 19) u Libor Kozak (83) filwaqt li għal Partizan wieġbu Fousseni Diabate (47, 53) u Ricardo Gomes (62) li kellhom lil Kristija Belic (22) imkeċċi.

Ekonomija

Sport