Wednesday, October 9, 2024

Manchester United jibqgħu jinsistu għal Kim

Aqra wkoll

Manchester United għadhom jiġru wara l-firma tad-difensur ċentrali ta’ Napoli Kim Min-Jae. Meta kollox kien jidher li dan il-plejer mill-Korea t’Isfel kellu jmur f’Old Trafford fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, għad fadal xi dettalji sabiex jiġi definit it-trasferiment u għalhekk xejn m’hu konkluż.

Sadanittant ir-Red Devils iridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Newcastle United li daħlu inkiss inkiss għal Kim u jaf jaħtfuh minn ħalq it-tim minn Manchester.

Kim kien parti integrali ta’ Napoli li rebħu l-kampjonat għat-tielet darba fl-istorja tagħhom.

Sport