Saturday, September 7, 2024

Manchester United jiffirmaw lil Altay Bayindir

Aqra wkoll

Manchester United iffirmaw lill-goalkeeper tat-Turkija Altay Bayindir mingħand Fenerbahce għal £4.3 miljuni.

Iż-żagħżugħ ta’ 25 sena, li lagħab ħames darbiet minn pajjiżu, ingħaqad b’kuntratt ta’ erba’ snin.

L-istaġun li għadda huwa kien il-goalkeeper ewlieni għal Fenerbahce hekk kif rebħu t-Tazza tat-Turkija u spiċċaw it-tieni fis-Super Lig.

L-iffirmar ta’ Bayindir sar wara t-tluq tal-goalkeeper Dean Henderson, li ssieħeb ma’ Crystal Palace fi ftehim ta’ £20 miljun.

David de Gea, li kien l-ewwel goalkeeper tal-United fl-istaġun li għadda, ħalla lill-club aktar kmieni dan is-sajf wara 12-il sena, filwaqt li Andre Onana tal-Kamerun ingħaqad mingħand Inter għal £47.2 miljun.

Ekonomija

Sport