Manchester United iffirmaw lill-attakkant internazzjonali Olandiż ta’ Burnley, Wout Weghorst, wara li Besiktas ikkanċellaw il-kuntratt ta’ self.
Stqarrija maħruġa mill-club kienet tgħid: “Manchester United jikkonfermaw li Wout Weghorst ingħaqad mal-club b’self mingħand Burnley sa Ġunju 2023.”
Barra minn hekk, l-attakkant tkellem ukoll dwar id-destinazzjoni l-ġdida tiegħu: “Inħossni privileġġat li qed ningħaqad ma’ Manchester United. Lgħabt kontra l-club fil-passat u hija sensazzjoni meraviljuża li issa jkolli ċ-ċans li nilbes il-famuż flokk aħmar. Rajt il-progress tal-United taħt Erik ten Hag dan l-istaġun u ninsab ħerqan li ngħin lit-team jilħaq l-għanijiet tiegħu.
Weghorst ġie ffirmat biex jieħu post Cristiano Ronaldo li bi qbil reċiproku ħalla l-club f’Novembru li għadda.
F’dan l-istaġun huwa skorja disa’ gowls u pprovda erba’ assists.