Il-midfielder internazzjonali Franċiż ta’ Juventus, Adrien Rabiot, jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Manchester United.
Dan minħabba li wara li ż-żewġ clubs laħqu ftehim dwar is-somma tat-trasferiment, dik ta’ €17-il miljun, issa laħqu wkoll ftehim mal-aġent tal-player … li hija ommu stess, Veronique.
Għaldaqstant fil-jiem li ġejjin, Rabiot mistenni li jmur Old Trafford biex isirlu t-test mediku.
Juventus riedu jinnegozjaw it-trasferiment ta’ dan il-player ta’ 27 sena minħabba li f’Ġunju li ġej jintemmlu l-kuntratt.