Manchester United qed jinsistu biex jiffirmaw lil Ousmane Dembele bi free transfer, b’Barcelona għadhom iridu jikkonvinċu lill-attakkant biex jiffirma ftehim ġdid fil-Camp Nou.
Il-kuntratt attwali tal-player ta’ 24 sena għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, u l-coach il-ġdid ta’ Barcelona Xavi diġà tkellem dwar l-importanza li jinżamm l-internazzjonali Franċiż.
Madankollu, il-problemi finanzjarji tal-club Katalan ifissru li ma jistgħux joffru lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 żieda fil-paga, li wasslet għal għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu.
Man United jinsabu ħerqana li jiffirmaw lil Dembele bi free transfer u bħalissa qed jimbuttaw biex l-attakkant jaċċetta l-offerta ta’ qligħ tagħhom.
Juventus, Chelsea u Liverpool ġew marbuta wkoll mal-ex żagħżugħ ta’ Rennes, li affronta numru ta’ problemi ta’ injury matul iż-żmien tiegħu fil-Camp Nou.
Kif inhu, Dembele, li għamel biss dehra waħda għal Barcelona dan l-istaġun, ikun jista’ jiddiskuti pre-kuntratt ma’ clubs barranin fil-bidu tal-2022.