Manchester United jistgħu jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Benfica, Darwin Nunez, u għall-midfielder ta’ Wolves, Ruben Neves, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Ir-Red Devils kienu marbuta b’mod qawwi ma’ Harry Kane ta’ Tottenham Hotspur u Declan Rice ta’ West Ham United qabel is-suq tas-sajf, iżda dawn iż-żewġ players jistgħu potenzjalment jiswew aktar minn £250 miljun.
Manchester United iqisu lil Nunez u Neves bħala għażliet alternattivi għal Kane u Rice u jistgħu jagħmlu offerta għalihom fi tmiem l-istaġun 2021-22.
L-attakkant ta’ Benfica kien f’forma impressjonanti matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 33 goal u rreġistra erba’ assists fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Intant Neves skorja erba’ goals u rreġistra żewġ assists f’31 ħarġa għal Wolves f’dan l-istaġun, iżda dan l-aħħar kien barra mill-azzjoni minħabba injury.
Man United issa kkonfermaw il-wasla ta’ Erik ten Hag ta’ Ajax bħala l-manager il-ġdid tagħhom, u l-Olandiż jista’ jkollu sa £200 miljun x’jonfoq fuq players ġodda dan is-sajf.
Ir-Red Devils għadhom fit-tellieqa għall-post mal-ewwel erbgħa minkejja l-forma fqira tagħhom u jmisshom fl-azzjoni barra minn darhom kontra Arsenal għada s-Sibt wara nofsinhar.