Manchester United xeħtu ħarsithom fuq offerta ta’ £25 miljun għall-attakkant ta’ Lyon, Moussa Dembele.
Ir-Red Devils mistennija jitilfu lil Cristiano Ronaldo u Edinson Cavani fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, filwaqt li l-futur ta’ Marcus Rashford jinsab f’dubju wkoll.
Attakkant ġdid x’aktarx se jkun fuq l-aġenda għar-Red Devils qabel l-istaġun 2022-23, għalkemm jistgħu jitħabtu biex jikkompetu għall-firma ta’ Erling Braut Haaland.
Huwa mifhum li Manchester United issa identifikaw lil Dembele bħala mira possibbli, bil-plejer ta’ 25 sena jiffaċċja futur inċert fil-Groupama Stadium.
Il-kuntratt ta’ Dembele ma’ Lyon issa fadallu inqas minn 18-il xahar biex jiskadi, u r- Les Gones se jkunu lesti jaċċettaw ċifra ta’ £25 miljun bi prezz imnaqqas jekk jonqos milli jiffirma ftehim ġdid.
Dembele skorja disa’ goals fi 22 dehra għat-team immexxi minn Peter Bosz fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u deher f’żewġ okkażjonijiet fil-Premier League matul iż-żmien tiegħu ma’ Fulham.