Manchester United mhux mistennija jagħmlu akkwisti ġodda matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Ir-Red Devils qed jiffaċċjaw battalja biex jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier League dan l-istaġun, bit-telfa tat-Tnejn ta’ 1-0 f’darhom kontra Wolverhampton Wanderers tħallihom is-seba’ post tal-klassifika, erba’ punti taħt Arsenal li jinsabu fir-raba’ post.
Rapport riċenti sostna li l-manager temporanju Ralf Rangnick se jkun appoġġjat b’fondi fis-suq attwali, u l-midfielder tal-Wolves Ruben Neves ġie marbut ma’ ċaqliq lejn il-club.
Madankollu, ir-Red Devils x’aktarx li ma jagħmlux akkwist ġdid qabel ma tagħlaq it-tieqa tat-trafssreimenti tax-xitwa.
Man United se jistennew sas-sajf biex jakkwistaw midfielder ċentrali ġdid, b’Neves, minbarra Declan Rice ta’ West Ham United, fuq ix-short list tal-club.
Xi players tal-ewwel team jistgħu iħallu l-club dan ix-xahar, madankollu, b’Jesse Lingard, Juan Mata, Anthony Martial u Donny van de Beek fost dawk li se jkunu marbuta ma’ tluq.