Manchester United għandhom joffru lil Harry Maguire kuntratt ġdid attraenti li jiswa £300,000 fil-ġimgħa f’Old Trafford.
Il-player ta’ 28 sena bħalissa jinsab barra mil-logħob minħabba injury fil-pexxul iżda stabilixxa ruħu bħala membru integrali tad-difiża tar-Red Devils taħt Ole Gunnar Solskjaer flimkien ma’ Raphael Varane.
Maguire kien lagħab id-90 minuta sħaħ fl-ewwel ħames logħbiet tal-istaġun tal-Premier League tat-team tiegħu qabel ma weġġa’ kontra Aston Villa, bid-difensur ċentrali sfurzat li jitlef il-partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Ingilterra bħala riżultat.
Ir-Red Devils iridu jippremjaw il-wirjiet ta ‘Maguire bi ftehim ġdid li jħalli qligħ, li jarah jirċievi pagi ta’ £300,000 fil-ġimgħa.
Id-diriġenti tal-United diġà fetħu taħdidiet ma’ Maguire dwar ftehim ġdid, bil-klabb jittama li hu jimpenja l-futur tiegħu f’Old Trafford sal-2026.
Il-ftehim eżistenti ta’ Maguire jiskadi fl-2025, u l-ex player ta’ Leicester City skorja ħames goals u pprovda ħames assists minn 114-il dehra għal United fil-kompetizzjonijiet kollha.