Manchester United se jkunu qed jgħinu lill-plejer tagħhom Mason Greenwood sabiex jidra l-ambjent ġdid tiegħu fi Spanja hekk kif dan tal-aħħar ingħaqad b’self ma’ Getafe.
L-ogħla awtoritajiet tar-Red Devils tawh diversi benefiċċji fosthom villa f’Madrid b’sitt kmamar tas-sodda u viċin il-grawnd fejn jitħarrġu. Huma krew ukoll traduttur sabiex ikun miegħu f’kull ħin tal-ġurnata meta jkollu bżonn. Dan kollu qed jitħallas mill-klabb Ingliż.
Greenwood kien akkużat bi stupru f’Jannar 2022 u aktar tard wara li ngħata l-liberta’ kundizzjonata, l-akkużi kienu waqgħu.