Friday, May 3, 2024

Anzjan jitlef ħajtu waqt li kien qiegħed jgħum f’pixxina privata

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 70 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum f’pixxina f’residenza privata. 

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m u l-pulizija ġiet infurmata li kienet instabet persuna mitluf minn sensiha f’residenza fi Triq il-Kbira, iż-Żurrieq. 

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lir-raġel bla ħajja fil-pixxina. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport