Manchester United u Liverpool jistgħu jidħlu f’taqtiegħa għall-firma tal-midfielder ta’ Ajax, Ryan Gravenberch matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien f’forma impressjonanti għall-club Olandiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja goal u pprovda assist wieħed fi 13-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, il-kuntratt ta’ Gravenberch f’Amsterdam għandu jiskadi f’Ġunju 2023, u numru ta’ clubs ġew ikkreditati b’interess fl-internazzjonali Olandiż.
Kemm Man United kif ukoll Liverpool iridu li jkollhom taħditiet mal-aġent taż-żagħżugħ, Mino Raiola dwar ftehim possibbli qabel l-istaġun 2022-23.
Ajax huma determinati li jiffirmaw lill-midfielder b’kuntratt ġdid iżda se jitħabtu biex iżommuh minħabba l-interess dejjem jikber fis-servizzi tiegħu.
Gravenberch skorja 10 goals u rreġistra tmien assists f’74 dehra għall-club Olandiż tiegħu minn mindu għamel id-debutt tiegħu fl-ewwel team fl-2018.