Sunday, November 24, 2024

Manchester United umiljati f’darhom minn Bournemouth

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, f’darhom Manchester United sfaw umiljati minn Bournemouth bl-iskor ta’ 3-0 biex issa qed tikber il-pressjoni fuq il-manager, Erik ten Hag, li jitkeċċa.

Il-goals waslu minn Dominic Solanke (5), Philip Billing (68) u Marcos Senesi (73).

C. Palace v Liverpool – Liverpool marru għand Crystal Palace u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 liema partita kellha bosta deċiżjonijiet kontroversjali.

Kienu l-Palace li fetħu l-iskor minn penalty ta’ Jean-Philippe Mateta (57) wara li l-VAR iddeċieda li ġie ffawljat minn Jarell Quansah meta mess il-ballun l-ewwel u mbagħad laqat sieq il-player tal-Palace.

Imbagħad Jorda Ayew (75) tkeċċa għat-tieni karta safra meta l-foul fuq Harvey Elliot kien wieħed mill-aktar minimu.

Wara din it-tkeċċija, Liverpool skorjaw darbtejn minn Mohamed Salah (76) li kien il-200 goal mar-Reds, Harvey Elliot (91).  

Brighton v Burnley – Brighton setgħu biss jis­piċċaw fi draw ta’ 1-1 hekk kif ospitaw lil Burnley.

Kien Wilson Odobert (45) li fetaħ l-iskor għal Burnley iżda Simon Adingra (77) salva ir-riżultat għas-Seagulls.

Sheffield U. v Burnley – It-team tal-qiegħ tal-klassifika, Sheffield United, għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn James Mcatee (45).

Wolves v Nottm F. – F’darhom Wolves ġew mimuma fi draw ta’ 1-1 minn Nottingham Foerst. Harry Toffolo (14) poġġa lill-Forest fil-vantaġġ iżda Matheus Cunha (32) kiseb id-draw għal Wolves.

Sport