Wednesday, July 24, 2024

Floriana jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti fl-ewwel post

Aqra wkoll

Mosta … 0

Floriana … 3

Floriana komplew jikkonvinċu u għelbu l-isfida ta’ Mosta bl-iskor ta’ 3-0 biex fetħu vantaġġ ta’ sitt punti fil-quċċata tal-klassifika fuq Hamrun Spartans li jridu jirkupraw partita meta, nhar l-Erbgħa li ġej, jilagħbu kontra Gzira United.

Il-Greens ma setgħux kel­lhom bidu aħjar meta wara biss tliet minuti fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras stupenda ta’  Matheus De Sousa li ma tat l-ebda ċans lill-goalkeeper Mosti, David Akpan, isalva.

Mosta wettqu reazzjoni mmedjata u fis-sitt minuta, Thomas Tegwi kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra.

Iżda fit-tmien minuta kienu l-Furjaniżi li rduppjaw l-iskor meta d-difiża ta’ Mosta naqset milli tikklerja l-ballun li ntemm għand MATIAS NICOLAS GARCIA li minn pożizzjoni idea­li spara ġewwa biex prattikament il-partita kienet mirbuħa u mitlufa fi stadju daqstant bikri.

Kienu żewġ goals li taw lil Floriana kmand piskoloġiku bil-Mostin bdew jiġru wara r-riżultat hekk kif tħarbtulhom il-pjani kollha … kon­xji mill-fatt li quddiemhom kellhom muntanja kontra t-team l-aktar konsistenti fil-preżent.  

Eżatt qabel tmiem l-ew­wel taqsima, il-Mostin kel­lhom ferħa bla temma meta minn azzjoni ta’ corner, di­fensur ta’ Floriana, tefa’ l-ballun fil-lasti tiegħu stess, izda dan il-goal tħassar immedjatament mir-referee, Matthew Degabriele, minħabba li ġie nnotat fil-proċess ta’ din l-azzjoni.

U biex l-affarijiet ikom­plu sejrin ħażin għal Mosta, fil-55 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Zachary Brincat permezz ta’ karta ħamra diretta wara  daħla kerha fuq player avversarju.

Floriana baqgħu l-aħjar team u mingħajr ma għamlu affarijiet kbar ikkontrollaw l-andament ta’ dan il-konfront bil-Mostin jikkonċentraw fid-difiża biex ma jsofrux aktar goals.

Peró, fil-85 minuta, Floria­na ssigillaw ir-rebħa meta MATTIA VESELJI kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun biex mill-viċin ma żbaljax.

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 6-Nathan Obidike, 7-Isah Aliyu, 8-Damian Evans, 9-Phi­lip Abado (21-Nathan Agius 62), 10-ThomasTegwi (19-Uzioma Ezegwu 62), 11-Christian Nnanj, 16-Gianluca Sciberras (14-Ensell Attard 88), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat, 92-Kevin Tulimieri (27-Eric Mensah 72)   – Coach: Joseph Grech

HIBERNIAINS: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias (24-Lorenzo De Grazia 57), 9-Kemar Reid (7-Mattia Veselji 80), 11-Matheus De Sousa (10-Jan Busuttil 72), 12-Dunstan Vella (22-Kyrian Nwoko 72), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouros (77-Aleandro Garzia 46)   – Coach: Mauro Camoranesi

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: M. De Sousa 3, M. N. Garcia 8, M. Veselji 85 (F)

AMMONITI: J. U. Arias (F), D. Aneni (M)

TKEĊĊA: Z. Brincat 52 (M)

Ekonomija

Sport