Sunday, October 25, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Manchester United umiljati f’darhom minn Bournemouth

Premier League Ingliż: Manchester United umiljati f’darhom minn Bournemouth

0
57

Manchester United komplew għaddejjin minn kriżi wara telfa umiljanti ta’ 3-0 kontra Bournemouth f’Old Trafford, it-tielet waħda fl-aħħar erba’ logħbiet f’darhom. Il-pressjoni fuq il-coach, Michael Carrick, kompliet tikber hekk kif it-team kompla jkabbar is-sensiela mingħajr rebħa għal tmien logħbiet.

Kien Rayan (38) li  fetaħ l-iskor għal Bournemouth, qabel ma  Marcus Tavernier (43) irdoppja wara żball difensiv ta’ Leny Yoro. Imbagħad, fil-71 minuta, Evanilson issiġilla r-rebħa b’goal spettakolari fit-tieni taqsima.

Carrick ħalla lill-captain Bruno Fernandes fuq il-bank għal-logħba kollha, waqt li Bournemouth kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kollha.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here