Saturday, December 21, 2024

Manchester United viċin il-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Barra minn darhom Manchester United għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 1-0 biex prattikament jonqoshom punt wieħed biss minn żewġ partiti biex jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League.

L-uniku goal tal-partita wasal minn Casemiro (9).

Tottenham v Brentford – Brentford marru għand Tottenham u dawru telfa f’rebħa biex għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1.

B’din it-telfa issa Spurs jistgħu wkoll ifallu l-kwalifikazzjoni għall-UEFA Conference League.

Kien Harry Kane (8) li fetaħ l-iskor għat-team ospitu bi ġmiel ta’ free-kick iżda Brentford skorjaw tliet darbiet mingħajr risposta minn  doppjetta ta’ Bryan Mbeumo (60, 62) u Yoane Wissa (88).

Fulham v C. Palace – Fulham laqgħu lil Crystal Palace u spiċċaw fi draw ta’ 2-2.

Il-Palace skorjaw l-ew­wel u l-aħħar permezz ta’ Odsonne Edouard (34) u Joel Ward (83) filwaqt li  l-goals tal-Cottagers waslu minn doppjetta ta’  Aleksandar Mitrovic (45 pen, 61) li skorja għat-tieni darba konsekuttiva mindu rritorna lura minn sospensjoni ta’ tmien logħbiet. 

Liverpool v Aston Villa – Liverpool temmew kull tama li jistgħu jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League meta setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 1-1 minn Aston Villa li fallew penalty minn Ollie Watkins (22) iżda fetħu l-iskor minn Jacob Ramsey (37).

Kien Roberto Firmino (89) li kiseb id-draw għal Liverpool hekk kif sellem lir-Reds għall-aħħar darba qabel iħalli l-club.

Wolves v Everton – Everton kisbu punt mill-aktar importanti fit-tentattiv li jkomplu jiġġieldu għas-salvazzjoni.

Kien Yerry Mina (94) li salva r-riżultat għat-Toffees wara li Hee-Chan Hwang (34) fetaħ l-iskor għal Wolves.
Ekonomija

Sport