Thursday, April 18, 2024

Monument ġdid fid-daħla tal-Ħamrun

Aqra wkoll

Fid-daħla tal-Ħamrun inti u dieħel mill-Blata l-Bajda – quddiem il-knisja tal-Madonna tal-Midalja Mirakuluża ġie inawgurat monument ġdid tal-bronż iddedikat lil San Gejtanu, patrun u protettur tal-Ħamrun. 

Ix-xoghol artistiku tal-istatwa u d-disinn tal-kanolla li ġew inawgurati lbieraħ saru mill-artist Ramon Camilleri Mckay, filwaqt li l-kanolla nħadmet fil-ġebla Maltija minn George Saliba u fl-irħam minn Abraham Bellia. 

L-inawgurazzjoni tal-monument saret mis-Sindku Christian Sammut u ġie mbierek mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona. 

Din ix-xewqa twettqet bil-ħidma tal-Kunsill Lokali u l-Ħamrun Liberty Sezzjoni Festa fost persuni oħra li taw il-kontribut tagħhom.

Ekonomija

Sport