Saturday, December 21, 2024

Manuel Pasqual u Celeste Pin f’Malta għall-okkażjoni tal-55 sena anniversraju tal-Viola Club Malta

Aqra wkoll

Il-Viola Club Malta bi pjaċir, jixtieq iħabbar li għall-okkazjoni tal-55 Anniversarju mit-twaqqif tal-klabb, bejn l-14 u s-17 ta’ Ottubru, se jonorana bil-preżenza tiegħu f’Malta, l-ex captain u ex difensur internazzjonali Taljan, Manuel Pasqual.

F’karriera ta’ iktar minn 300 loghba mall-klabb, Pasqual kien parti mit-timijiet li taħt il-gwida tal-coaches Prandelli u Montella li tant kellhom suċċess, fejn anke pparteċipa f’numru ta’ logħbiet memorabbli għall-klabb fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Pasqual kien parti mit-tim tal-Viola li wasal sal-Finali tal-Coppa Italia 2013-2014, sas-Semi Finali tal-UEFA Europa League, u kien parti mit-tim tal-Fiorentina li kellu mixja impressjonanti fiċ-Champions League 2009-2010, fejn saħansitra kien wettaq ‘double’ fuq Liverpool fil-fażi tal-gruppi. Huwa kien jintgħażel b’ mod regolari ukoll mat-tim nazzjonali Taljan.

Bħala parti mill-kontinġent li ġej Malta għall-okkażjoni tal-55 Anniversarju mit-twaqqif tal-Klabb, se nilqgħu bi pjaċir ukoll lill-ex difensur centrali Celeste Pin, li kien parti mit-tim tal-Fiorentina li wasal sal-Finali tat-Tazza UEFA 1989/1990.

Pin kien jilgħab mal-iskwadra tal-Viola li kienet tinkludi plejers kbar bhal Roberto Baggio u Carlos Dunga. F’Malta ġejjin ukoll l-ogħla dirigenti tal-ACCVC (l-Għaqda li tirrapreżenta l-Viola Clubs kollha li jinsabu madwar id-Dinja), fosthom il-president Filippo Pucci, kif ukoll ‘crew’ mill-istazzjon televiżiv popolari mit-Toscana, RTV 38 li se jikkaverjaw dawn l-attivitajiet tant importanti, kif ukoll jagħtu promozzjoni mistħoqqa lil pajjiżna.

Ekonomija

Sport